Issue No: 3/26  

Issue No: 3/26

Kelma mid-Delegat

Rev. Prof. Carl-Mario Sultana

Delegat tal-Konferenza Episkopali għall-Edukazzjoni Reliġjuża

Għeżież Għalliema tar-Reliġjon fl-iskejjel ta’ Malta u Għawdex, Filwaqt li qed nikteb dan il-messaġġ, kemm intom kif ukoll l-istudenti tagħkom għaddejjin mill-perjodu tal-eżamijiet. Intom bħala dawk li qed tfittxu li taħsdu l-frott ta’ dak li tħabattu għalih matul is-sena skolastika li waslet biex tintemm, u huma l-istess, imma minn perspettiva differenti. Wara sena skolastika li fiha jkollna taħbit li xi kultant ma’ tistax tispjegah, ilkoll inħossuna għajjenin u xi ftit ukoll tqal biex naqbdu affarijiet ġodda. Għalhekk il-vaganzi huma mportanti biex nirriġeneraw lilna nfusna; insibu lilna nfisna mill-ġdid ħalli la darba nerġgħu nidħlu lura għal sena skolastika ġdida nkunu mimlijin enerġija. Għaldaqstant, il-vaganzi huma perjodu importanti ħafna f’ħajjitna, u mhumiex meqjusin bħala ħela ta’ ħin. Ibda biex huwa prattikament impossibbli li tgħallem fis-sħana li jaf joffri s-sajf Malti, u barra minn hekk, huwa importanti li nieqfu wkoll mir-rutina ta’ kuljum biex nagħtu każ ta’ aspetti oħra f’ħajjitna, li xi drabi mhux neċessarjament ikollna ċans li nagħtu kashom matul il-bqija tas-sena minħabba dak kollu li jkollna x’nagħmlu fil-ġranet tax-xogħol. Il-vaganzi joffrulna ħin għal quality time magħna nfusna u mal-familji tagħna. Ejjew f’dawn il-mumenti napprezzaw ir-rigal taż-żmien li l-Mulej joffrilna b’xejn, imma li fl-istess waqt ma jixtiqniex li ma napprezzawhx, jew inkella ma nużawhx bl-aħjar mod possibbli biex inkunu mal-oħrajn, jew inkella biex forsi b’xi mod naħdmu għall-benefiċċju tal-oħrajn f’xi voluntarjat li għalkemm forsi jġib miegħu mumenti ta’ għajja fiżika, imma jimliena bil-forza għax qed niddedikaw dak il-mument ta’ ħajjitna biex ħaddieħor ikun xi ftit aħjar. Nawguralkom ilkoll sajf ta’ mistrieħ biex la nerġgħu nibdew is-sena skolastika li jmiss nidħlu b’entużjażmu ġdid għall-missjoni tagħna bħala Għalliema tar-Reliġjon.

Avvizi mill-Ispiritual Development in Schools

Mumenti ta’ talb waqt l-Għid

Xi drabi ngergru li fi żmien irRandan ikun hawn diversi attivitajiet spiritwali imma fl-Għid le. Għalhekk matul żewġ Sibtijiet fi Żmien l-Għid organizzajna mumenti ta’ talb magħqud ma’ introduzzjoni dwar kif torganizza u toħloq spazji ta’ talb.


 

Grupp ta’ edukaturi f’ Taize

Interessat li tingħaqad magħna f’ġimgħa Taize, gimgħa ta’ skiet, talb u paċi? Idħol hawn għal iktar informazzjoni: https://sds.mt/in/trip-to-taize/


 

2026-2027

Matul is-sena skolastika l-ġdida, bħala SDS ser noffru dawn is-servizzi u programmi. Dawn huma:

 

Għal kulħadd:

 

Għall-istudenti fil-Primarja:

 

 

Għall-istudenti tas-6 u t-8 sena

 

Għall-istudenti tal-11-il sena

 

Għall-Edukaturi


 

Nixtiequ nisimgħu l-esperjenza tiegħek!

Jekk matul dax-xhur animajt xi prayer space jew xi celebrazzjoni fl-iskola, nixtiequ nisimgħu l-esperjenza tiegħek. Qas taf kemm huwa mument ta’ inkoraġġiment għalik u għalina u għal dawk kollha li jaqraw l-esperjenza tieghek!! Iktbilna hawn: https://sds.mt/register


 

Inkomplu fi Skola Sajf

Se nanimaw spazji ta’ talb għall-istudenti li jattendu Skola Sajf f’Għawdex u Malta. Jekk tixtieq li tagħti daqqa t’id, nistednuk tiġi ftit sigħat magħna biex tipparteċipa f’dawn l-ispazji ta’ talb sajfin. Tista’ turi l-interess tiegħek hawn: https://sds.mt/events/prayer-spaces-for-skolasajf-in-malta-2026/


 

Laqgħat bejn Mons Arċisqof Charles Scicluna  jew l-Isqof Joeph Galea Curmi u l-istudenti ġewwa l-iskejjel huma esperjenzi sbieħ u ta’ ferħ. L-isqfijiet jixtiequ li jiltaqgħu mal-istudenti u l-edukaturi u l-ħaddiema fl-iskejjel.

Matul dis-sena saru laqgħat ġewwa l-iskola Medja, in-Naxxar fi ħdan il-Kulleġġ Maria Regina, l-iskola Primarja tal-Pieta fi ħdan il-Kulleġġ San Ġorġ Preca u l-Boy’s learning Support Centre fil-Ħamrun. Ħu din l-opportunità u bħala skola ibgħatu l- istedina tagħkom lill-isqfijiet: https://church.mt/request-for-event-led-by-the-archbishop-or-auxiliary-bishop/


 

Programmi u Servizz

Ibqa’ aġġornat/a mal-programmi u riżorsi relatati mal-kura pastorali u l-iżvilupp spiritwali fl-iskola billi żżur https://sds.mt/request/. Tista’ tikkuntattja lil Fr Reuben Gauci, kordinatur tar-religious counsellors u l-Iżvilupp Spiritwali fl-Iskejjel fuq [email protected]

Żur il-Website tal-Edukazzjoni Reliġjuża: