Min Aħna

L-Uffiċċju għall-Edukazzjoni Reliġjuża tal-Konferenza Episkopali Maltija kien imwaqqaf fl-2022 biex jieħu ħsieb l-Edukazzjoni Reliġjuża f’Malta u Għawdex. L-Edukazzjoni Reliżjuża huwa suġġett mgħallem fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u fl-iskejjel Indipendenti mill-1 Sena sal-11-il Sena. Dan is-suġġett jipprova jressaq lejn xulxin id-dinja tar-Reliġjon u tal-Edukazzjoni biex flimkien u b’mod interdixxiplinari jipprovdi edukazzjoni sħiħa lill-istudenti fl-iskejjel. Huwa b’din ir-rikezza ta’ dawn iż-żewġ aspetti flimkien li l-istudenti jkollhom l-aħjar tagħlim, u li tagħmel lill-Edukazzjoni Reliġjuża suġġett li ma għandux l-iskop li jindottrina lill-istudenti imma li:

  • jiskopru r-rikezza tar-reliġjon fil-kultura u fis-soċjetà li huma jgħixu fiha
  • jindunaw bis-sabiħ f’persuni li jħaddnu reliġjonijiet u espressjonijiet ta’ fidi oħra
  • jsiru konxji tal-potenzjal li għandu l-bniedem meta jħalli l-fidi sservi bħala gwida fil-ħajja
  • jikxfu l-kapaċità moħbija li għandhom biex jagħmlu għażliet morali tajba u nfurmati
  • jirrikonoxxu li l-Edukazzjoni Reliġjuża mhix biss suġġett għall-eżamijiet u għaċ-ċertifikati iżda hija vjaġġ tul il-ħajja kollha li fih il-persuna tiskopri lilha nnifisha bħala persuna f’relazzjoni ma’ Alla, mal-oħrajn u mal-ħolqien.

It-Tim