Issue No: 2/23
Issue No: 3/24
Kelma mid-Delegat
Rev. Prof. Carl-Mario Sultana
Delegat tal-Konferenza Episkopali għall-Edukazzjoni Reliġjuża
Għeżież Għalliema tar-Reliġjon,
Wasalna lejn tmiem is-sena ta’ sena skolastika oħra. Bħal kull sena oħra, din kien fiha dak li lilna jagħtina sodisfazzjoni, u dak li jaqtgħalna qalbna. Dak li jagħtina sodisfazzjoni jaqbeż u jiżboq bil-kbir dak li lilna jista’ jaqtgħalna qalbna. Ejjew ma nħallux lilna nfusna nintrikbu minn attitudni negattiva jew pessimista, ħalli dan ma jisfukalniex l-enerġija u l-konċentrazzjoni tagħna minn dak il-ġid li aħna nkunu qegħdin nagħmlu, ħafna drabi mingħajr ma nintebħu.
Din is-sena kellna ukoll ċans li jkollna sessjoni COPE għall-għalliema tar-reliġjon tal-iskejjel sekondarji. Din is-sessjoni kienet pożittiva ħafna u tat kuraġġ lil diversi għalliema biex ikomplu jistinkaw ħalli s-suġġett jibqa’ interessanti u rilevanti. Nixtieq minn hawn nirringrazzja lil kull min ta’ sehmu biex jiġu ppreparati dawn is-sessjonijiet u biex jitwassal l-aqwa materjal lill-għalliema. Ir-ringrazzjament speċjali tiegħi imur għall-EO Antoinette Laferla, u lill-Kapijiet tad-Dipartiment, kemm tal-iskejjel tal-Istat, kif ukoll tal-Iskejjel tal-Knisja li ħadu l-inkarigu li jippreparaw u jwettqu dawn is-sessjonijiet bil-għajnuna ta’ esperti oħra fil-qasam.
Infakkarkom li baqgħalna appuntament ieħor importanti fil-11 ta’ Ġunju li ġej fis-6pm. Din hija l-ewwel laqgħa ta’ djalogu mal-Arċisqof Charles Jude Scicluna. Għalkemm din hija laqgħa li fiha intom liberi li tattendu, inħeġġiġkom biex tkunu preżenti ħalli nkomplu nagħmlu kuraġġ lil xulxin fil-ħidma tagħna.
Rev. Prof. Carl-Mario Sultana
Delegat
Jekk xi ħadd ikun irid jikkuntattjani dejjem jista’ jsibni fuq in-numru 79603872 jew bl-email [email protected]
Laqgħa ta’ Djalogu tal-Għalliema
tar-Reliġjon mal-Arċisqof
📆Meta: It-Tlieta 11 ta’ Ġunju 2024
Ħin: 6pm
Fejn: RE Hub – St Joseph Home Santa Venera
Mill-Iskejjel Tagħna
Prayer Space - Skola Sekondarja San Benedittu, Kirkop
Dan il-proġett sar minn uħud mill-istudenti li jsegwu l-lezzjonijiet tar-Reliġjon, kif ukoll il-lezzjonijiet tal-Achieve Programme. Dan il-Prayer Space ġie magħmul mill-istudenti istess fejn użaw l-affarijiet li kien hemm preżenti fil-klassi u bdew jaħsbu biex joħolqu xi ħaġa fil-klassi fejn wieħed seta’ jinġabar għal ftit u jkollu mumenti għall-kwiet u wara jikteb il-ħsieb u joffrih lill-Ġesù.
L-istudenti raw il-pjanti fil-klassi u qalu li dawn nistgħu nużawhom biex inżejnu il-cupboard u b’hekk niftakru fin-natura u f’dak li ħalaq Alla. Student ieħor ra li hemm ix-xemgħat artifiċjali u qal li dawn nużawhom biex ifakkruna fil-preżenża ta’ Ġesù. Student ieħor ħa ħsieb l-armar; kif iqassam l-affarijiet, u għamel il-bixkilla biċ-ċagħaq u tagħhom forma speċjali.
Din l-attività serviet għal żewġ skopijiet: l-istudenti jkollhom post trankwill fejn jistgħu jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom u jkollhom mument ta’ kwiet. B’din l-attività l-istudenti wrew li kapaċi jaħdmu ġot-tim fejn kull membru hu responsabbli għal xogħlu. Kienu kapaċi jisimgħu lil xulxin u li jieħdu gost jaħdmu flimkien.
Nixtieq ngħid grazzi lil-LSEs li jkunu magħhom fil-klassi għax kienu ta’ għajnuna kbira biex din setgħet issir ukoll – Ms Simone Balzan u Ms Charmaine Ellul.
L-esperjenza tal-iskejjel f’Radju Marija
Avvizi mill-Ispiritual Development in Schools
Esperjenza ta’ talb bil-Labirint għall-edukaturi
L-SDS animaw l-esperjenza tal-labirint lil numru sabiħ ta’ edukaturi fejn kellhom siegħa jimxu f’din l-esperjenza personali.
“Mumenti sbieħ ta’ waqfien mill-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum. Esperjenza sabiħa li mxejt dan il-vjaġġ ma’ edukaturi oħra. Napprezzaw ferm!”
Conférence de l’Enfance Missionnaire Européenne” (CEME)
Mis-7 sal-11 ta’ April 2024, saret il Konferenza tal-Infanzja Missjunarja Ewropea fir-Rumanija fejn ospitat l-aktar avveniment importanti tal-Pontificia Opera della Santa Infanzia (POSI). Missio Malta, stiednu lil Fr Reuben Gauci biex imexxi workshop dwar żvillupp spiritwali, u flimkien ma’ Silvana Cardona offrew esperjenza ta’ spazji ta’ talb lill-parteċipanti rappreżentanti minn 23 pajjiż Ewropew u numru sabiħ ta’ tfal Rumeni.
Ngħixu l-Imħabba bil-Ferħ
Is-sessjoni ‘Ngħixu l-Imħabba bil-Ferħ’ hija mfassla biex tippromwovi l-iżvilupp spiritwali u tipprovdi esperjenza rikka lill-istudenti tas-sitt sena fl-iskejjel tal-Istat.
Is-sessjoni ‘Ngħixu l-Imħabba bil-Ferħ’ hija frott ta’ kollaborazzjoni bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Uffiċċju għall-Edukazzjoni Reliġjuża u l-Iżvilupp Spiritwali fl-Iskejjel (SDS). Is-sessjoni ssir f’Dar San Ġużepp f’Santa Venera u animata minn Dun Reuben Gauci koordinatur tal-SDS flimkien mal-ħaddiema pastorali Silvana Cardona, Anne Marie Gatt u Matthew Gauci.
A decade of Prayer Spaces
Nhar l-Erbgħa 24 t’April 2024 bejn id-8.30am u 1:00 pm ġewwa Dar San Ġużepp, St Venera ġie organizzat seminar bit-tema: Discovering and Caring for our inner self: A decade of Prayer Spaces, bis-sehem tas-Sur Phil Togwell, direttur internazzjonali għall-Prayer Spaces in Schools.
Spazji ta’ talb fl-iskejjel
Jekk matul dax-xhur animajt jew ser tanima xi prayer space, bħala SDS nixtiequ nisimgħu l-esperjenza tiegħek . Huwa mument ta’ inkoraġġiment għalik u għalina. Iktbilna hawn: https://sds.mt/prayer-spaces/planning-your-prayer-space/#step3
Dan l-aħħar ġimgħat saru dawn il-prayer spaces f’diversi skejjel primarji fosthom l-iskola primarja ta’ St Venera, waqt l-avveniment annwali tal-FEE Fest, inkluż waqt CoPe session għall-edukaturi tal-iskola sekondarja St Joseph Blata l-Bajda u fl-iskola primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Spazji ta’ talb fl-iskejjel
Jekk matul dax-xhur animajt jew ser tanima xi prayer space, bħala SDS nixtiequ nisimgħu l-esperjenza tiegħek . Huwa mument ta’ inkoraġġiment għalik u għalina. Iktbilna hawn: https://sds.mt/prayer-spaces/planning-your-prayer-space/#step3
Dan l-aħħar ġimgħat saru dawn il-prayer spaces f’diversi skejjel primarji fosthom l-iskola primarja ta’ St Venera, waqt l-avveniment annwali tal-FEE Fest, inkluż waqt CoPe session għall-edukaturi tal-iskola sekondarja St Joseph Blata l-Bajda u fl-iskola primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ.
FEE Fest at St Michael School, St Venera
Spazji ta’ talb relatati mal-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli waqt il-festival annwali organizzat mill-Fondazzjoni għall-Edukazzjoni Ambjentali. Mijiet ta’ tfal u żagħżagħ mill-iskejjel ta’ Malta ipparteċipaw f’din l-attività.
Ara fejn ser isiru prayer spaces f’dal-ġimgħat li ġejjin waqt Stella Maris Family Fest, għat-tfal tal-katekiżmu f’għeluq i-125 sena mill-Inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Mellieħa, mal-koordinaturi tal-Anzjanità Attiva u waqt Skolasjaf 2024 organizzati mill-SDS:
Tiddejjaqx tiġi żżurna biex tkompli tiskopri iktar dwar prayer spaces.
Sessjonijiet ta’ Qari Animat fl-iskejjel
Fl-iskejjel primarji tal-Mellieħa u San Ġiljan saru diversi sessjoniiet ta’ qari animat u talb bil-Malti u bl-Ingliż mill-ktieb ġdid ‘Spazju għal Qalbi – Beloved Space’ tal-awtriċi Silvana Cardona.
Wara l-animazzjoni tal-istejjer, it-tfal jirriflettu u jitolbu permezz ta’ spazji ta’ talb armati u relatati mal-istorja.
Storja-Il-Luzzu tan-Nannu
Storja-Wara Ġimgħa Camping
Storja-Kastell fir-Ramel
Bil-Qari u l-Kitba nsib Spazju għal Qalbi
Bil-kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, Spiritual Development in Schools, qed torganizza wkoll għadd ta’ sessjonijiet ta’ qari animat, kitba u riflessjoni kreattiva jismu ‘Bil-Qari u l-Kitba nsib Spazju għal Qalbi’ għal tfal ta’ bejn 8 u 10 sninu l-familji tagħhom f’diversi lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex biex jgħinu lit-tfal u l-adulti jikbru fir-relazzjoni tagħhom magħhom infushom, jesprimu l-emozzjonijiet tagħhom u jitolbu b’mod kreattiv.
Storja-Fis-Skiet fil-Ġnien
Storja-Dinja Waħda
Tista’ tirreġistra għas-sessjoni li jmiss li ser issir f’Għajn Tuffieħa:
One week after a camping
Aġġornament tal-Kleru
Rikonċiljazzjoni u Tama
- Is-saċerdot kif jista’ jġib rikonċiljazzjoni?
- Kif iħossu s-saċerdot quddiem il-ġrieħi tal-persuni li jiltaqa’ magħhom?
- Xi kwalitajiet għandu jkollna biex inkunu strument ta’ tama u fejqan fis-soċjetà?
Matul il-jiem waqt laqgħat annwali ta’ aġġornament għall-kleru, diversi lajċi minn oqsma differenti flimkien ma’ diversi persuni oħra nkluż l-SDS, qasmu dak li diġà qed isir fil-ħidma tagħhom fil-Knisja u fis-soċjetà.
Żjara tal-Arċisqof
Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġorġ Preca, studenti u edukaturi mill-iskola Sekondarja San Ġorġ Preca fil-Ħamrun bdew il-ġurnata tagħhom b’quddiesa ċċelebrata mill-Arċisqof Charles Scicluna.
Wara, l-istudenti kellhom l-opportunità jsaqsu diversi mistoqsijiet lill-Arċisqof dwar is-sejħa u l-ħidma tiegħu bħala Arċisqof, kif ukoll mistoqsijiet fuq il-fidi. Għall-festa ta’ San Ġorġ Preca fl-iskola, ġew mistiedna wkoll għadd ta’ anzjani biex jiċċelebraw mal-istudenti u li qed jiltaqgħu regolarment magħhom fi proġett interġenerazzjonali.
Programmi u Servizz
Ibqa’ aġġornat/a mal-programmi u riżorsi relatati mal-kura pastorali u l-iżvilupp spiritwali fl-iskola billi żżur https://sds.mt/request/. Tista’ tikkuntattja lil Fr Reuben Gauci, kordinatur tar-religious counsellors u l-Iżvilupp Spiritwali fl-Iskejjel fuq [email protected]