Issue No: 2/26
Issue No: 2/26
Kelma tal-Arċisqof

Monsinjur Charles Jude Scicluna
Arċisqof ta’ Malta
Għeżież Għalliema tar-Reliġjon fl-iskejjel ta’ Malta u Għawdex,
Qed niktbilkom dan il-messaġġ b’qalb mimlija gratitudni hekk kif qed ngħixu l-qofol tas-sena liturġika bil-qawmien ta’ Ġesù mil-imwiet. Intom m’intomx sempliċement għalliema ta’ suġġett li jiġi mgħallem fl-iskola bħal ħafna suġġetti oħra; intom xhieda ta’ Kristu Rxoxt fil-kuriduri tal-iskejjel.
Il-misteru tal-Għid huwa l-qalba tal-fidi tagħna. F’dinja li spiss tgħix u tħoss dak li ġara fil- “Ġimgħa l-Kbira” bil-forom differenti ta’ tbatija, ta’ solitudni, u ta’ dubji, il-missjoni tagħkom hija li twasslu lil dawk it-tfal, adolexxenti u żgħażagħ li huma afdati f’idejkom għall-edukazzjoni reliġjuża lejn il-qabar vojt biex jaraw li Kristu m’għadux hemm; qabar battal għax Kristu qam mill-mewt. Dan l-Għid, inħeġġiġkom biex tmorru lil hinn min-narrattiva storika u tistiednu lill-istudenti għal-laqgħa personali mal-Mulej li hu ħaj.
It-tagħlim tar-Reliġjon huwa att ta’ tama. Meta titkellmu dwar l-Irxoxt, tkunu qed tgħidu lill-istudenti tagħna li l-ebda dlam mhu permanenti u li l-imħabba fl-aħħar mill-aħħar għandha l-aħħar kelma. Propju bħalma d-dixxipli fit-triq lejn Għemmaus ħassew qalbhom tixgħel fihom, jalla kliemkom iqabbad in-nar tal-fidi fil-ġenerazzjonijiet tallum u tal-futur.
Jekk nirriflettu fuq is-simbolu tal-blandun naraw li fjamma waħda tkeċċi d-dlam tal-lejl. Fil-klassijiet tagħkom, intom dak id-dawl. Fittxu li takkumpanjaw lill-istudenti tagħkom u li timxu bil-mod ma’ dawk li jsibuha diffiċli biex jemmnu, filwaqt li turuhom il-ferħ tal-Għid tagħna l-insara.
Jalla l-paċi tal-Mulej Rxoxt timla ’l qalbkom, il-familji tagħkom, u l-klassijiet tagħkom.
Il-paċi magħkom u nagħtikom il-barka pastorali tiegħi,
✠ Charles Jude Scicluna
Arċisqof ta’ Malta
Mill-Iskejjel Tagħna
Il-Rużarju ta’ kull filgħodu
Numru ċkejken iżda determinat ta’ studenti, kuljum għall-habta tas-7:30am, ikun jistenna biswit il-kappella biex bħal dejjem jibda l-gurnata skolastika bir-reċitazzjoni tar-ruzarju. Inizjattiva li rat il-bidu taghha madwar ħames snin ilu, qed tifjorixxi minkejja l-kurrenti qawwija frott l-irwiefen li d-dinja kontemporanja tonfoh f’kull direzzjoni biex ixxekkel il-fidi.
Il-fjamma ta’ talba li b’tant ghożża, qaddisin kbar għaddew minn seklu għal iehor, talba li bid-devozzjoni tista’ xxejjen ereżiji kolossali, u t-talba li saħansitra l-madonna stess irreferiet ghaliha bhala arma kontra l-ħażen, għadha tnemnem; anke jekk kultant tappella biss għall-minoranza.
Minbarra n-numru ta’ studenti li jattendu b’konsistenza, spiss jitfaċċaw studenti li jew b’ħajra, jew b’inkoraggiment, inkella sempliċiment kurżità, jinghaqdu magħna biex jieħdu togħma ta’ dak li wħud minn sħabhom ikunu qed jimmanifestaw f’ħajjithom frott il-frekwenza li biha jirrikorru għal din it-talba. Kif spikka fid-diversi xandiriet fuq Radju Marija li fihom ħadu sehem numru sabiħ ta’ studenti, il-qawwa tar-rużarju meta jingħad b’devozzjoni u persistenza, ma tistax ma tħallix impatt pożittiv f’ħajjet il-persuni u dawk ta’ madwarhom.
Għal bosta din hija biss drawwa tan-nanniet u li tilfet ir-relevanza għal żminijietna. Għal oħrajn, repetizzjoni iritanti u li tista’ tkun sostitwita b’talb iqsar u spontanju skont il bżonn individwali. Għal oħrajn, anke jekk ftit bħal fil-każ ta’ dawn l-istudenti, jidher li flimkien mas-sagramenti qed tkun mezz imprezzabbli fil-mixja tagħhom lejn id-destinazzjoni eterna.
Dak li fi kliem ħafna qaddisin jidher bombastiku, esegerat jew fantastiku, f’hajjet l-umli, jibdel dak li relattivament jidher impossibbli.
Clinton Carter
Avvizi mill-Ispiritual Development in Schools
L-Esperjenza ta’ talb fi żmien il-Għid għall-Edukaturi
Ħafna drabi jkollna ħafna opportunitajiet ta’ talb u riflessjoni fi żmien ir-Randan imma meta niġu għal żmien il-Għid, donnu kollox jorqod. Għalhekk qed niprovdu opportunità ta’ talb u formazzjoni permezz ta’ Prayer Spaces għal żmien l-Għid. Qed nagħmluh b’kollaborazzjoni mal-PFI. Ser isir nhar is-Sibt 11 u 18 t’April bejn id-9am u 12pm.
🛑 Ibbukja postok: https://pfi.edu.mt/course/prayerspaces-easter/
Spazji ta’ Talb fl-Iskejjel
Jekk animajt jew ser tanima xi prayer space, nixtiequ nkunu nafu l-esperjenza tiegħek! Kemm nirringrazzjaw lil Alla għal dak li jsir f’ħajjet l-istudenti u l-edukaturi. Għidilna bih f’din il-link: https://sds.mt/register-prayer-space
Tista’ ssegwi f’liema skejjel qed isiru prayer spaces f’dal-ġimgħat: https://sds.mt/prayer-spaces/
Djalogu bejn l-Isqfijiet, l-istudenti u l-edukaturi fl-iskola
Tkun verament esperjenza sabiħa meta Mons Arċisqof Charles J. Scicluna jew l-Isqof Joseph Galea-Curmi jżuru skola biex jiddjalogaw mal-istudenti u l-edukaturi. Ikunu mumenti fejn l-Isqfijiet u l-istudenti isiru iktar qrib tagħhom u jkollhom iċ-ċans jsaqsuhom mistoqsjiet jew jaqsmu l-esperjenzi tagħhom.
Billi d-djarji tal-Isqfijiet jimtlew malajr, jekk tixtieq li bħala skola tistiednu lil Mons Arċisqof Charles J. Scicluna jew l-Isqof Joseph Galea-Curmi matul is-sena skolastika 2026-2027, idħlu f’din il-link biex timlew il-form apposta:
>> https://sds.mt/programmes/maltese-bishops-visiting-schools/ <<
Tista’ taqra iktar dwar l-aħħar żewġ żjajjar hawn:
https://sds.mt/events/bishop-joseph-galea-curmi-visit-at-stmc-boys-learning-support-centre-hamrun/
Eżerċizzi Spiritwali waqt ir-Randan
Nixtieq l-ewwelnett nirringrazzjak tas-sehem u s-sapport li tajt fl-organizzazzjoni tal-Eżerċizzi Spiritwali fl-iskola. Nirringrazzjaw lil Alla għal dak li wettaq fi qlub dawk li tant iħobb. Esperjenza li qasam magħna Fr Matthew Sammut hija din: https://sds.mt/lenten-sessions-at-maria-regina-college-secondary-school-zokrija-2026/
Il-formola għar-remunerazzjoni li għandhom jimlew l-animaturi tal-Eżerċizzi Spiritwali hija: https://sds.mt/remuneration-form-submission/
SDS AI Assistant
Fil-website sds.mt, introduċejna AI Assistant: https://sds.mt/assistant/
Fost il-prompts li ntu#aw dan l-aħħar mill-users kienu :
- Create a notice board in preparation for Lent.
- what kind of programmes exist for schools in Malta?
- I need prayer spaces for lent
- Create a lesson plan including pictures for children aged 6 to 12 about saints that could be related to Lent
- What are the 9 steps to make a good prayer space?
- Give me prayer spaces related to forgiveness for youth
- Suggest an activity which i can do with students in Years 4-6 related to holy week
Programmi u Servizzi
Ibqa’ aġġornat/a mal-programmi u riżorsi relatati mal-kura pastorali u l-iżvilupp spiritwali fl-iskola billi żżur https://sds.mt/request/. Tista’ tikkuntattja lil Fr Reuben Gauci, kordinatur tar-religious counsellors u l-Iżvilupp Spiritwali fl-Iskejjel fuq [email protected]
Programmi u Servizz
Ibqa’ aġġornat/a mal-programmi u riżorsi relatati mal-kura pastorali u l-iżvilupp spiritwali fl-iskola billi żżur https://sds.mt/request/. Tista’ tikkuntattja lil Fr Reuben Gauci, kordinatur tar-religious counsellors u l-Iżvilupp Spiritwali fl-Iskejjel fuq [email protected]



