Issue No: 1/25

Issue No: 1/25

Kelma mid-Delegat

Rev. Prof. Carl-Mario Sultana

Delegat tal-Konferenza Episkopali għall-Edukazzjoni Reliġjuża

Għeżież Għalliema tar-Reliġjon,

Qisu lbierah li bdejna sena ġdida, u hekk kif qed nikteb dawn il-kelmtejn diġà għadda xahar minn din is-sena! Kemm jgħaddi malajr iż-żmien u ma jistenna lil ħadd. Dan narawh barka f’xi ċirkustanzi għaliex joffri bidla fir-ritmu, u bidla fir-rutina ta’ kuljum.

Fl-istess waqt inħoss li rridu noqgħodu attenti għaliex faċilment ninġarru mal-kurrent, jew inkella ma nkunux konxji taż-żmien li fih qegħdin ngħixu u li fih Alla lilna wkoll joffrilna mill-ġdid ir-rigali tiegħu biex ngħixu b’mod sħiħ. Xi kultant nintebħu b’dan wara li tkun għaddiet l-opportunità minn quddiema u ma ndunajniex biha.

Wieħed mill-modi kif il-bniedem tallum jipprova jgħix il-mument huwa permezz tat-teknika tal-mindfulness. Xi kultant ikollna bżonn dan fil-ministeru tagħna bħala għalliema ħalli ż-żmien ma jiġrix bina u jħallina bla nifs. B’hekk kull ħaġa li aħna nagħmlu, kemm fil-ħidma tagħna bħala għalliema kif ukoll fil-ħajja tagħna b’mod ġenerali, ngħixuha b’mod sħiħ u mhux biss tgħaddi għaliex iż-żmien dejjem għaddej.

Aħna wkoll għandna responsabbiltà li ngħinu lit-tfal ukoll ikunu mindful mhux biss fejn tidħol id-dimensjoni reliġjuża fil-ħajja tagħhom, imma f’kull ħaġa li huma jagħmlu, jew jidħlu għaliha. B’hekk ngħallmuhom li fil-ħajja mhux biss jeżistu imma jgħixu b’mod sħiħ.

Mill-Iskejjel

Radju Marija

On the 12th of November 2024, a group of enthusiastic students from Maria Regina College Naxxar Middle School, accompanied with two of their Religion teachers Mr. Jonathan Laferla and Ms. Graziella Gauci, embarked on an inspiring outing to Radju Maria in Rabat, Malta. This unique experience offered them a behind-the-scenes look at the world of radio broadcasting and a deeper understanding of how faith and technology come together to spread God’s Word.

 

Students were captivated as they toured the recording studio, where professionals demonstrated how programs are produced. They marvelled at the state-of-the-art equipment and learned about the importance of teamwork in broadcasting.

The highlight of the visit was when students were invited to talk on air about their faith and explained the meaning of the Saints’ and Souls’ feast. For them, it was a thrilling experience to hear their voices on the airwaves, knowing they were part of something bigger.

They never realized how much work goes into creating a single broadcast. The visit inspired them to think about how they can use their talents to serve God in creative ways. The students were impressed how the station reaches thousands of listeners. They realised how powerful a simple message of faith can be by the means of a radio/media station.

 

The visit to Radju Maria left a lasting impression on everyone involved. It not only opened students’ eyes to the world of Christian media but also inspired them to think about how they can use their own voices to share the Gospel. At the radio station the students had the opportunity to visit the station’s chapel and had a short moment of prayer. They, also met with Bishop George Frendo. The group extends heartfelt thanks to the station’s staff for an unforgettable day.

Avvizi mill-Ispiritual Development in Schools

Jalla kellek bidu ta’ sena tajba, sena b’ħafna opportunitajiet biex nikbru fit-tama tagħna f’Alla li hu fidil fil-wegħdiet tiegħu magħna.

Nixtieq nippreżentalek ukoll diversi opportunitajiet għalik u għall-istudenti li qed noffruhom bħala SDS

https://sds.mt/being-patient/

Riflessjoni u sessjoni għas-snin differenti bil-Malti u bl-Ingliż relatata mat-tema tas-sena skolastika 24-25, ‘Niżirgħu t-Tama’

Siltiet mill-Iskrittura, vidjos, attivitajiet u aktar dwar il-Miġja ta’ San Pawl f’Malta

https://sds.mt/resource/st-pauls-shipwreck-in-malta/

Riżorsi relatati mal-Ġurnata ta’ San Valentinu:

https://sds.mt/resource/st-valentines-day/

F’Marzu nibdew l-istaġun tant importanti tar-Randan. Hawn issib għajnuniet li ser jkunu aġġornati fil-ġimgħat li ġejjin: https://sds.mt/resource/lent-and-easter-in-style/

Komplejna naġġornaw il-mod kif inti tista’ tfittex riżorsi fil-website sds.mt b’mod iktar effettiv billi jmur https://sds.mt/resources/

Grazzi lil kull min bagħtilna l-informazzjoni dwar l-iSpazji ta’ Talb li saru fl-iskejjel dan l-aħħar snin. Jekk għadek ma bgħattiex tista’ tagħmel dan fuq  https://sds.mt/register

Matul dis-sena skolastika l-SDS qed toffri diversi programmi u servizzi għall-etajiet diffferenti. Tista’ taqra dwar dal-programmi hawn: https://sds.mt/programmes/ fil-waqt li tista’ titlob xi servizz mill-SDS billi żżur https://sds.mt/request/.

Ħossok libera li tikkuntattja lil Fr Reuben Gauci, kordinatur tar-religious counsellors u l-Iżvilupp Spiritwali fl-Iskejjel fuq [email protected]

Żur il-Website tal-Edukazzjoni Reliġjuża: