Issue No: 4/25


Issue No: 4/25


Kelma mid-Delegat

Rev. Prof. Carl-Mario Sultana
Delegat tal-Konferenza Episkopali għall-Edukazzjoni Reliġjuża
Għeżież Għalliema tar-Reliġjon,
Qegħdin f’nofs is-sajf, bix-xemx tiżreġ u temperaturi li xi kultant jaqtgħulna nifisna. Imma żmien is-sajf, għalkemm xi kultant ma jkunx pjaċevoli minħabba t-temperaturi għoljin li jkollna nesperjenzaw huwa żmien neċessarju: huwa żmien li fih nieqfu ftit biex nistrieħu u niġġeddu. Huwa żmien li fih nistgħu nerġgħu insibu xi ftit lilna nfusna. Iż-żmien tas-sajf huwa opportunità biex nieqfu ftit mir-rutina ta’ kuljum, nagħmlu pass lura mir-ritmu mgħaġġel tal-ħajja ta’ kuljum matul il-ġranet tal-iskola u nsibu ftit il-paċi u s-serenità biex niġġeddu minn ġewwa.
Bħalma nafu, u ġieli għedna, is-sejħa li ngħinu lit-tfal jifhmu dak li jemmnu fih, u allura li jkun jagħmel aktar sens għalihom hija sejħa kbira. Il-kobor ta’ din is-sejħa ġej mill-fatt li aħna nkunu raġġ ta’ tama għalihom fit-tfittxija għall-verità u għal dak li jagħtihom skop u entużjażmu biex jgħixu. Aħna nagħmlu dan billi noffrulhom lil Ġesù u l-fidi nisranija bħala dawk il-gwidi li jistgħu jgħinuhom iwieġbu għall-aktar mistoqsijiet essenzjali, u diffiċli fil-ħajja.
Imma biex nagħmlu dan, irridu aħna stess inkunu kunfidenti biżżejjed biex inwieġbu dawn il-mistoqsijiet għalina nfusna. Għal dan, iż-żmien tas-sajf huwa idejali. J’Alla napprofittaw ruħna minn dan iż-żmien ħalli la darba nidħlu lura għall-ħidma tat-tagħlim, inkunu nistgħu ngħaddu dan il-messaġġ b’mod frisk lit-tfal u ż-żgħażagħ afdati f’idejna.
Nawguralkom sajf ta’ mistrieħ.
Rev. Prof. Carl-Mario Sultana
Delegat tal-Konferenza Episkopali għall-Edukazzjoni Reliġjuża
Mob: 79603872
Email: [email protected]
Avvizi mill-Ispiritual Development in Schools
Wholesome
Wholesome – hija t-tema li bħala Spiritual Development in Schools għażilna għas-sena skolastika 2025-2026. It-tema tippromovi x-xewqa li Alla għandu għalina li ngħixu l-avventura tal-ħajja b’mod san fid-diversi aspetti tagħha u nikbru fis-saħħa tagħna tal-ġisem, il-moħħ, il-qalb u ta’ ruħna. Matul dax-xhur tas-Sajf qed nħejju diversi riżorsi għall-edukaturi u għar-religious counsellors. Dawn ir-riżorsi ikunu onlajn fil-website https://sds.mt f’Settembru.
Prayer Spaces waqt Skola Sajf f’Għawdex u f’Malta
Fost id-diversi attivitajiet sbieħ li jkun hemm waqt Skola Sajf organizzata mill-FES, f’ Lulju l-SDS team u voluntiera oħra animajna prayer spaces għall-istudenti ta’ Skola Sajf ġewwa l-Wied tal-Lunzjata fir-Rabat Għawdex.
X’tahseb li qed jistieden lit-tfal biex jitolbu f’dan l-ispazju ta’ talb?
F’Awwissu ser norganizzaw spazji ta’ talb fil-Kappella tal-Providenza s-Siġġiewi. Jekk tixtieq tingħaqad magħna f’din l-eseprjenza u tagħti daqqa t’id f’xi waħda mill-ġranet jew iktar, ikkuntatjana billi timla dil-formola sempliċi hawn : https://sds.mt/events/prayer-spaces-for-skolasajf-in-malta-2025/
Esplora
Qed inkomplu naġġornaw il-programmi li noffru fl-iskejjel fl-iskejjel Primarji, Medji u Skondarji. Interessat li tkun taf x’qed noffru? https://sds.mt/programmes/
Nawguralkom Sajf ta’ mistrieħ u rikreazzjoni!
Esplora
Qed inkomplu naġġornaw il-programmi li noffru fl-iskejjel fl-iskejjel Primarji, Medji u Skondarji. Interessat li tkun taf x’qed noffru? https://sds.mt/programmes/
Nawguralkom Sajf ta’ mistrieħ u rikreazzjoni!