Issue No: 1/26
Issue No: 1/26
Kelma mid-Delegat

Rev. Prof. Carl-Mario Sultana
Delegat tal-Konferenza Episkopali għall-Edukazzjoni Reliġjuża
Kelma mid-Delegat
Għeżież Għalliema tar-Reliġjon,
Qisu lbierah li bdejna sena ġdida u diġà għadda xahar sħiħ minnha. Kemm jiġri ż-żmien! Issa dalwaqt nidħlu fi żmien ir-Randan bi preparazzjoni għall-festa tal-Għid il-Kbir. Għal ħafna minna dan ikun żmien li jista’ jkun aktar impenjattiv fl-iskola minħabba l-impenji oħra marbuta ma’ dan iż-żmien li aħna jkollna. Tajjeb li nżommu f’moħħna kemm hu importanti dan iż-żmien, u li bħal kull żmien ieħor, dan jista’ jgħaddi minn fuq rasna u minn fuq ras l-istudenti tagħna, u kemm aħna, kif ukoll huma, lanqas biss nintlaqtu mill-effett tiegħu.
Xi affarijiet li nistgħu nagħmlu biex dan ma jiġrilniex huwa li nkunu dejjem attenti u konxji ta’ dak li aħna qegħdin ngħidu u nagħmlu. Dan jgħinna nevitaw ir-rutini, u li nagħmlu l-affarijiet li s-soltu nagħmlu mingħajr ma noqgħodu naħsbu fuqhom, b’mod aktar enerġetiku. Ejjew nippruvaw aħna stess inkunu dawk li nibdew inġibu bidla fl-istudenti tagħna billi nibdew minn nfusna u ma nagħmlux l-affarijiet biex inkunu għamilniehom, imma ndaħħlu fihom aktar spirtu u umanità.
Hija din l-umanità li ħafna mill-istudenti tagħna għandhom bżonn illum f’dinja li fil-biċċa l-kbira tagħna hija awtomatiżżata, u li fiha ftit hemm ċans biex il-persuna tkun tista’ toħroġ dak li hija tassew, minħabba l-isterjotipi li fuqhom hija mibnija s-soċjetà kontemporanja. Hija din l-umanità li ma tħalliniex inġibu ruħna ma’ xulxin daqslikieku aħna robots, u li ma għandniex sentimenti umani.
Ejjew nużaw dan il-perjodu, fejn il-bniedem huwa mistieden biex jidħol fih innifsu, biex nagħarfu ngħinu lill-istudenti tagħna f’dak li jħossuhom dgħajjfin fih, imma li fl-istess waqt iħossu li għandhom l-għajnuna kollha meħtieġa biex iqumu u jiskopru dak kollu li hu sabiħ fihom.
Avviż
Bħalissa qed jiġi ċirkolat kwestjonarju dwar it-Tagħlim tar-Reliġjon lit -tfal fil-klassijiet medji u sekondarji, kemm stampat kif ukoll elettroniku. Nitolbu l-koperazzjoni tal-Għalliema tar-Reliġjon biex dan jimtela’ u l-informazzjoni taslilna ħalli jkollna l-informazzjoni neċessarja biex inkunu nistgħu nagħmlu s-suġġett isbaħ u aħjar.
Mill-Iskejjel tagħna
Parteċipazzjoni fuq Radju Marija
Nhar it-Tlieta 25 ta’ Novembru 2025, festa ta’ Santa Katarina ta’ Lixandra, grupp ta’ 8 studenti tad-Disa’ Sena flimkien mal-għalliema tagħhom Ms Mariella Vassallo, kellhom esperjenza differenti u sabiħa għaliex attendew Radju Marija u pparteċipaw fil-programm “Mad-Direttur” immexxi minn Fr Antoine Borg. Huma tkellmu miegħu dwar il-preparazzjonijiet li qed jagħmlu għall-Milied hekk kif kien baqa’ eżatt xahar għal din il-ġurnata tant għażiża għalina l-Insara.
L-istudenti ħadu gost immens jaqsmu esperjenzi sbieħ marbuta mal-Milied u xi pjanijiet għandhom għal din is-sena. Fl-aħħar spiċċaw bi ħsieb qasir dwar min hu għalihom Ġesù Bambin. Id-direttur ta’ Radju Marija wkoll spjega lill-studenti kif l-istazzjon jaħdem fuq bażi volontarja. L-istudenti ingħataw ukoll rigal żgħir ta’ tifkira. Żgur li se jibqgħu jġorru magħhom din l-esperjenza.
Din kienet it-tieni sena konsekuttiva li studenti mill-Kulleġġ San Nikola, Skola Sekondarja Dingli ipparteċipaw fil-programm li jtella’ Fr Antoine nhar ta’ Tlieta bejn l-10am u l-11am. Hija opportunità sabiħa għall-istudenti mhux biss għax ikollhom iċ-ċans isemmgħu leħinhom mas-semmiegħa tar-radju, imma għal bosta hija okkażżjoni unika li jidħlu fi stazzjon tar-radju u jkollhom ideja ta’ kif jaħdem. Aħna l-għalliema nesiġu li dak li jiġi mgħallem fil-klassi ngħixuh. U proprju programmi ta’ din ix-xorta huma opportunità biex l-istudent iwassal fil-beraħ dak li tgħallem u dak li jgħix. Fis-soċjetà ta’ llum, huwa sabiħ li l-istudenti juru li għad hemm impenn u mħabba lejn il-messaġġ Nisrani. Inħeġġeġ lill-għalliema biex meta mitluba, jieħdu sehem u jattendu għall-inizjattiva ta’ din ix-xorta.”

Avvizi mill-Ispiritual Development in Schools
Jalla kellek bidu tajjeb ta’ sena ġdida, sena b’ħafna opportunitajiet biex nikbru fit-tama tagħna f’Alla li hu fidil fil-wegħdiet tiegħu magħna.
F’isem l-SDS, nixtieq nippreżentalek diversi riżorsi u opportunitajiet oħra għalik u għall-istudenti:

In-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta: https://sds.mt/resource/st-pauls-shipwreck-in-malta/
San Valentinu: https://sds.mt/resource/st-valentines-day/
Randan u Għid: https://sds.mt/resource/lent-and-easter-in-style/
Mużika, Temi, Powerpoint presentations, u iktar riżorsi biex jgħinu fil-parteċipazzjoni fil-Quddiesa: https://sds.mt/resource/ideas-for-better-participation-during-holy-mass/#malti
Permezz tal-SDS AI Assistant tista’ tfittex riżorsi f’sds.mt skont il-bżonn tiegħek, u li tista’ toħloq materjal ġdid: https://sds.mt/assistant/
Skopri u aqsam magħna l-esperjenzi ta’ talb
Jekk organizzajtu Spazju ta’ talb fl-iskola, nixtiequ nkunu nafu bl-esperjenza tagħkom. Tista’ tagħrrafna fuq https://sds.mt/register
Aqra esperjenzi u talb ta’ studenti fi Prayer Spaces: https://sds.mt/prayer-spaces/#PSpast
L-Eżerċizzi Spiritwali tar-Randan
Grazzi ħafna tal-għajnuna tagħkom fl-organizzazzjoni tal-Eżerċizzi tar-Randan. Jekk għadek qed tfittex min janima l-Eżerċizzi Spiritwali ikkuntatjana fuq [email protected] biex nipprovdulek lista ta’ saċerdoti u lajċi li tista’ tikkuntatja.
Programmi u iktar Servizzi
Tista’ tiskopri aktar dwar programmi mill-SDS hawn: https://sds.mt/programmes/ , fil-waqt li tista’ titlob xi servizz billi żżur https://sds.mt/request/.
Ħossok libera li tikkuntattja lil Fr Reuben Gauci, kordinatur tar-religious counsellors u l-Iżvilupp Spiritwali fl-Iskejjel fuq [email protected]



