Issue No: 2/23
Issue No: 6 /23
Kelma mid-Delegat
Rev. Prof. Carl-Mario Sultana
Delegat tal-Konferenza Episkopali għall-Edukazzjoni Reliġjuża
Għeżież Għalliema tar-Reliġjon,
Wasalna f’mument fis-sena tagħna li dejjem ikun interessanti, mhux biss għaliex ikun mimli attività, imma wkoll għax bħala bnedmin dejjem infittxu li ntemmu ħaġa u nibdew oħra. Dan jiġrilna kull sena meta tispiċċa sena u nibdew oħra, dejjem bit-tama li din is-sena l-ġdida tkun aħjar minn dik ta’ qabilha. Imma ejjew ma nħallux dan il-ħsieb u dawn l-attivitajiet itellfuna minn dak li hu verament l-ispirtu tal-Milied: Alla li jċekken lilu nnifsu u jsir bniedem bħalna biex isalvana.
Dawn huwa l-qofol tal-Milied u dan huwa li niċċelebraw f’dawn il-ġranet: li Alla ma ddejjaqx mill-ħażen tal-bniedem, u tbiegħed minnu, imma tqarreb lejna biex ikun jista’ joffrilna l-id tal-ħbiberija mill-ġdid permezz ta’ Ibnu Ġesù. Ejjew nagħrfu l-kobor ta’ dan il-misteru li se nerġgħu niċċelebraw għal darba oħra: Alla li jsir bniedem bħalna biex ikun id-dawl fit-triq tagħna.
Fl-istess waqt, ejjew ma nħallux dan li qed niċċelebraw ikun xi ħaġa ta’ dan iż-żmien biss, jew li niċċelebrawh biss fil-25 ta’ Diċembru ta’ kull sena. Bħala għalliema aħna msejħin biex inkunu dawl għal dawk l-istudenti kollha li Alla jogħġbu jafdalna f’idejna. Aħna għandna din is-sejħa speċjali li ngħinu lil Ġesù u t-tagħlim tiegħu jitwieled mill-ġdid fil-qlub ta’ dawn it-tfal, adolexxenti u żgħażagħ. Ejjew nagħrfu din ir-responsabbiltà li għandna: li nkunu aħna l-istrumenti f’idejn Alla biex hu jibqa’ jgħammar fil-bnedmin tallum; nibqgħu aħna stess nagħtu kontribut biex id-dawl ta’ Alla jasal fil-qlub tal-bnedmin.
Nawgura lilkom u lill-familji tagħkom Milied hieni mimli bil-barka tal-Mulej, u sena ġdida tajba.
Jekk xi ħadd ikun irid jikkuntattjani dejjem jista’ jsibni fuq in-numru 79603872 jew bl-email [email protected]
Mill-Iskejjel
Esperjenza Radju Marija
F’Novembru li għadda, grupp ta’ studenti mill-Kulleġġ Maria Regina Sekondarja Mosta (ex Lily of the Valley) attendew għal intervista waqt programm live fl-istazzjon reliġjuż Radju Marija mmexxi minn Fr Antoine Borg. F’din l-intervista l-istudenti ddiskutew il-ħajja ta’ Carlo Acutis u kif huma bħala żagħżagħ jistgħu jimitaw lil dan il-qaddis żagħżugħ.
Għall-istudenti, din kienet esperjenza unika kif jixhdu xi wħud mill-kummenti tagħhom:
“Kienet esperjenza unika għaliex kienet l-ewwel darba li tkellimt fuq stazzjon tar-radju. Għenitni nitgħallem aktar dwar ix-xogħol siewi li jagħmlu b’mod volontarju u b’tant dedikazzjoni n-nies li jgħinu lil Radju Marija.” Liam Tabone Year 9
“Kont ilni nistenna li nagħmel esperjenza bħal din. Inħobb nisma’ Radju Marija man-nanna tiegħi u issa kelli l-opportunità li nara u nesperjenza l-atmosfera ta’ programm tar-radju. Iltqajna wkoll ma’ Fr Antoine li laqagħna u spjegalna dwar il-ħidma li ssir.” Jodie Vella Year 10
Grazzi lill-għalliema Ms Nadine Galea u Ms Leanne Azzopardi li ħadu ħsieb jikkordinaw din l-attività.
Saint Benedict College Secondary School, Kirkop
During these last two days, a good number of our Year 10 students had the opportunity to participate in a very interesting outing organised by our Religious Education Department, with ACTS (Announcing Christ to schools). They had the opportunity to see how possible it is to prove God’s existence and they also heard a very touching testimony of Ryan, a young man who had lost all purpose to live and how God changed his life.
It was indeed a very fruitful outing. A huge well done to all our students for their impeccable behaviour
Ms. Bertha Busuttil
Grupp ta’ madwar mitt student tad-disà sena laqgħu l-istedina mill-għalliema tar-reliġjon u għamlu esperjenza sabiħa flimkien ġewwa Mt St Joseph. Ingħaqdu magħna wkoll studenti tal-etika. ‘Il bogħod mill-ħsejjes u l-għaġla tal-ħajja ta’ kuljum kellna waqt nieqfu għal nofstanhar ta’ riflessjoni, diskussjoni u mument ta’ ġabra u talb. Numru ta’ studenti kienu ppreparati tajjeb u mexxew huma diskussjoni u attività fi gruppi dwar tema sspirata minn film li rajna flimkien. It-tema kienet l-IMĦABBA. F’temp sabiħ wara l-maltemp, kellna ħin ukoll li ngawdu l-ħbiberija ta’ xulxin matul passiġata fil-ġnien u l-kampanja tal-madwar. Prosit lil l-istudenti kollha li ħadu sehem!
Mr. Carmel Farrugia
Avvizi mill-Ispiritual Development in Schools
Għeżież għalliema,
L-ewwelnett nixtieq nirringrazzjakom għall-ħidma u kontribut siwi biex ngħinu lill-istudenti jesperjenzaw l-imħaba t’Alla. Dan iż-żmien tal-Milied ta’ Ġesù Bambin huwa mument qawwi għall-umanità kollha għax nagħrfu x’dinjità Alla ta lil kull bniedem. Għalhekk nawguralkom Milied qaddis! Xtaqt naqsam magħkom xi affarijiet li saru u li ġejjin.
- Bejn il-21 ta’ Novemberu u s-7 ta’ Dicembru 23 parteċipant lestew kors ta’ 3 ġimgħat dwar kif toħloq u tanima prayer spaces.https://sds.mt/events/creating-animating-prayer-spaces-2023/
- Jekk fl-iskola ser tanimaw spazju ta’ talb, nixtiequ li nissapportjawkom f’dak li qed tagħmlu. Għalhekk niżlu xi dettlji f’din il-link.
Jekk tixtieq li torganizza Spazju ta’ Talb u tixtieq l-għajnuna tal-SDS, imla dil-formola
- Minn Jannar 2024 ser nilqgħu gruppi ta’ studenti tas-sitt sena għal nofs ta’ nhar ta’ esperjenzi spiritwali flimkien bl-isem ‘Ngħixu l-imħabba bil-ferħ’ Ser tkun opportunità biex inkomplu niskopru l-preżenza ta’ mħabba tal-Mulej f’dan iż-żmien partikolari għalihom b’attivitajiet sbieħ u kreattivi. Ħajru skejjel primarji oħra u jistgħu jibbukjaw hawn:https://sds.mt/living-love-joyfully-session/
- F’Jannar ser issir attivita oħra parti mill-programm Bil-Qari u l-Kitba insib Spazju għal Qalbi.Iktar dettalji: https://sds.mt/events/eye-catching-wallpaper/